Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ
X’inhu d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ?
Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ ilaqqa’ flimkien liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, kif ukoll lir-riċerkaturi, u lis-soċjetà ċivili. Iservi bħala forum għal riflessjoni u konsultazzjoni dwar x’għandu jsir wara l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. L-għan tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ huwa li jagħti vuċi liż-żgħażagħ, speċjalment lil dawk b’inqas opportunitajiet.
Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ hu organizzat f’ċikli ta’ ħidma ta’ 18-il xahar. Kull ċiklu jiffoka fuq prijorità tematika differenti (stabbilita mill-Kunsill tal-Ministri taż-Żgħażagħ).
Min hu involut?
Is-suċċess tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ jiddependi fuq l-involviment dirett taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. Matul kull ċiklu ta’ ħidma ta’ 18-il xahar, kull pajjiż tal-UE jwettaq konsultazzjoni nazzjonali maż-żgħażagħ u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.
Il-proċess parteċipattiv f’kull pajjiż jiġi organizzat minn gruppi ta’ ħidma nazzjonali permezz ta’ rappreżentanti tal-ministeri taż-żgħażagħ, tal-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, riċerkaturi, u żgħażagħ li ġejjin minn realtajiet soċjali differenti.
Skopri kif tista’ tinvolvi ruħek