Skip to main content
youth policy dialogues

Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ

L-għanijiet ewlenin tad-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ huma li jħeġġu liż-żgħażagħ jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-inizjattivi ta’ politika tal-UE billi jinteraġixxu mal-Kummissarji u li l-fehmiet taż-żgħażagħ jiġu intergrati fl-aġenda politika tal-UE.

Id-djalogi jrawmu diskussjonijiet miftuħa, jaqsmu l-għarfien, u jibnu rabtiet maż-żgħażagħ dwar kwistjonijiet urġenti u jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ billi jrawmu l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja demokratika. Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ jippermettu liż-żgħażagħ jifhmu aħjar l-għażliet wara d-deċiżjonijiet ta’ politika u l-impatt tagħhom.

Id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ saru għall-ewwel darba matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, fejn kull membru tal-Kulleġġ tal-Kummissarji stieden bejn 12 u 15-il żagħżugħ u żagħżugħa fi Brussell biex jieħdu sehem fi djalogu ta’ politika.

U aktar reċentement, waqt il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2024, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Margaritis Schinas u l-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ Iliana Ivanova għamlu 2 Djalogi ta’ Politika fejn kisbu għarfien profond dwar il-perċezzjonijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej.